Spacer Spacer Spacer
Spacer Spacer Spacer
 
7 ta' Settembru, 2010
Pagna Principali
Fittex
Spacer
Ikteb dak li qed tfittex

One Online Kulhadd
Spacer
Biex noholqu l-Gid
28-02-2010 Verzjoni ghall- 'Printing'
Spacer Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi
President tal-Partit Laburista

Il-holqien tal-gid hija wahda mill-prioritajiet fil-vizjoni ghall-pajjizna li qed ifassal il-moviment li qed jinbena’ madwar il-Partit Laburista. Priorita’ li jehtieg li titwettaq mhux bhala ghan fih innifsu izda bhala mezz ghal ghanijiet ohra li rridu nwettqu, fuq quddiemnett it-twettieq tal-gustizzja socjali.

Fid-dinja li qed nghixu llum, il-holqien tal-gid hija sfida kbira li tehtieg determinazzjoni u htiega ta’ tfittix ta’ ideat innovattivi. It-tishih tal-ekonomija ta’ pajjizna, fi zminijiet bhal tal-lum, jista’ jsehh biss skond kemm ahna kapaci li nfittxu opportunitajiet godda u mezzi godda li jwasslu ghall-holqien tal-gid. Ma nistghux nibqghu maqbuda fis-sistemi tal-bierah li qed jaghtu rizultati li ma huma xejn accettabbli.

L-impenn li hemm bzonn biex nasslu ghal dan il-ghan jehtieg responsabbilita’ kbira fil-mod kif nimxu u kif immexxu. Responsabbilita’ tal-hajja tan-nies li huma il-qofol tal-process biex inkattru l-mezzi possibbli biex noholqu l-gid. Jehtieg li nkattru mill-gdid is-sens ta’ responsabilita’ li huwa gwida importanti fil-mixja li twassalna biex nilhqu l-ghanijiet li qed jitfasslu minn dan il-moviment.

L-ghazliet li jridu jsiru ghandhom ipoggu lin-nies u lill-familji fuq quddiem. Il-holqien tal-gid ma jistax isir a skapitu tal-kwalita’ tal-hajja tal-familji, anzi jehtieg li naraw li l-holqien tal-gid ikun kumplimentari mat-titjib tal-kwalita’ tal-familji u tal-poplu Malti u Ghawdxi. Dan jehtieg attenzjoni u reqqa’ kbira kif nasslu biex inwettqu dawn l-ghazliet u ghalhekk il-htiega kontinwa biex infittxu soluzzjonijiet u mezzi godda li jeghlbu u jwarrbu l-mezzi li mhux qed iwasslu ghal dan il-ghan.

Min ikun fit-tmexxija ghandu jservi ta’ mutur biex dan l-impenn jitkattar. Il-gvern ma jistax ikun ta’ xkiel fil-holqien tal-gid anzi, irid iservi ta’ katalist biex iqarreb u jressaq ‘l quddiem aktar ideat u aktar nies li jistghu jaghtu s-sehem taghhom biex f’pajjizna jinholoq il-gid. Ma jistax jinholoq il-gid jekk il-gvern jibghat is-sinjali l-hziena li jwasslu ghall-qtiegh il-qalb jew li jitfa’ aktar pizijiet li jwasslu biex inizjattivi li joholqu l-gid jibghu lura jew ma jirnexxux. Din hija s-sitwazzjoni ta’ pajjizna illum.

Qed naraw il-mod zbaljat kif il-gvern illum qed inaffar lill-familji u lin-negozji bid-decizjoni li ha dwar il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Inholoqot formola u gew mghobbija l-inefficjenzi fuq il-familji Maltin u Ghawdxin u fuq in-negozji. Zball li se jnaffar il-holqien tal-gid u se jwassal biex jintilfu l-impjiegi. Dan zgur m’huwiex il-mod kif ghandu jitmexxa’ pajjiz.

Bl-istess mod, ir-responsabilita fit-tmexxija titlob li min qieghed imexxi ikun car mal-poplu u jurih dak kollu li ghaddej u li qed isehh. Rajna f’pajjizi ohra x’gara meta gvernijiet konservattivi bhal gvern ta’ Karamanlis fil-Grecja li heba is-sitwazzjoni finanzjarja bil-konsegwenza li l-poplu qed ibaghti dan il-habi abbuziv li sehh. Illum il-poplu Grieg qed ibaghti l-konsegwenzi ta’ tmexxija hazina li kienet qed tqarraq bil-poplu, tahbi mill-poplu u li wasslet biex il-poplu isoffri mir-rizultat tal-gvern ta’ Karamanlis.

Ir-responsabilita’ ta’ min ikun qed imexxi ghandu wkoll jara li l-finanzi tal-pajjiz jigu amministrati bl-ahjar mod possibbli u li t-tmexxija finanzjarja m’ghandhiex twassal biex jixxekkel il-holqien tal-gid. Huwa mehtieg li t-tishih tal-finanzi tal-gvern ghandu jsir mhux billi jizdiedu t-taxxi izda billi naccertaw li titkattar l-attivita’ ekonomika li tohloq aktar gid. Dan il-process ghandu jwassal biex il-gvern, minghajr ma jintaxxa aktar, jigbor aktar.

Il-poplu Malti u Ghawdxi qieghed jistenna li min qed imexxi jerfa’ r-responsabilita’ kif mehtieg. Poplu habrieki li ghandu energija biex jimxi ‘l quddiem ghandu jkollu tmexxija fil-pajjiz li ssostni dik l-energija u hegga u mhux tkun influenza negattiva fuq il-poplu.

B’responsabilita’ nistghu inbiddlu d-direzzjoni inghata l-pajjiz. Nistghu nergghu noholqu u ngawdu minn opportunitajiet godda biex jinholoq il-gid. Nistghu nergghu naraw il-gid jitkattar f’pajjizna izda fuq kollox jista’ jerga’ jkollna tmexxija li tinvesti fil-poplu taghna l-gid biex inwettqu l-ghan li ghalih ghandu jinholoq il-gid – il-gustizzja socjali.

sza@mlp.org.mt

PES Member Party PES Member Party    
 
Spacer Spacer Spacer