|

Dalghodu l-Prim Ministru kien mistenni li jispjega car kif il-Gvern iffirma kuntratt ghal power station gdida u ntrabat b’penali ta’ €300 miljun jekk dan il-kuntratt jigi annullat – penali akbar mill-kuntratt inniffsu Dan sar minkejja li hemm allegazzjonijiet serji u xamma ta’ korruzzjoni fuq dan il-kuntratt li jinsab taht investigazzjoni tal-Ufficcju tal-Awditur Generali. Dan il-ftehim qed jimmina l-investigazzjoni tal-Ufficcju tal-Awditur Generali u qed jitfa’ pressjoni kbira fuq din l-istituzzjoni awtonoma. Filwaqt li Lawrence Gonzi waqqaf lill-Parlament kollu milli jiddiskuti l-mozzjoni dwar il-power station fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz, il-Prim Ministru ffirma l-kuntratt mal-kumpanija, halla x-xoghol jibda u sahansitra diga’ hallas €40 miljun. Il-PL huwa dizgustat bl-arroganza sfaccata ta’ Lawrence Gonzi u l-PN li qed jghabbi l-inkompetenza u l-korruzzjoni tal-Gvern tieghu fuq il-bwiet tal-familji habrieka permezz ta’ kontijiet u taxxi.

|